Maximilian Ciantar lura l-ħabs

Maximilian Ciantar inżamm arrestat talli lbieraħ baqa’ sejjer bil-karozza wara li ħabat biha u li allegatament hedded mara.
L-inċident ġara fi Triq Stiefnu Żerafa fil-Marsa.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli irrifjutat li Ciantar jinħeles mill-arrest wara li ġie akkużat fost li saq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni, kiser il-paċi pubblika, irriffjuta li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija u anke li kiser sentenzi preċedenti tal-Qorti.
L-Ispettur Robert Vella qal li din kienet is-sitt darba f’qasir żmien li Maximilian Ciantar saq karozza mingħajr permess.
Ciantar hu l-istess wieħed li fl-2010, tajjar żewġt ibniet tewmin minn quddiem l-iskola ta’ Ħ’Attard.
It-Tlieta waranofsinhar il-Pulizija qattgħet diversi sigħat tfittex liż-żagħżugħ.  Wara l-arrest ittieħed Mater Dei minħabba suspett ta’ overdose.