Aġġornata: Maximilian Ciantar arrestat talli ried itajjar mara

Iż-żagħżugħ Maximilian Ciantar jinsab miżmum mill-Pulizija wara li dalgħodu, allegatament ħabat bil-karozza u pprova jtajjar mara minħabba argument li qam bejniethom.
L-inċident ġara fi Triq Stiefnu Żerafa fil-Marsa.
Maximilian Ciantar hu l-istess wieħed li tliet snin ilu kien tajjar tewmin bniet quddiem l-iskola ta’ Ħ’Attard. Għal dan l-inċident kien skonta 16-il xahar ħabs u pprojpit milli jsuq għal 16-il xahar ieħor.
Ciantar kien ukoll ħebb għal ġurnalisti fil-Qorti, inqabad bl-eroina u anke nqabad isuq mingħajr liċenzja.