Max Verstappen jagħmilha fil-pole position

Max Verstappen irnexxielu jagħmilha fil-pole position għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu tal-Formula One. Hu rnexxielu jikseb il-pole position propju waqt il-Grand Prix tal-Ungerija. Jidher li Verstappen qiegħed fl-aqwa forma li qatt kien wara li rnexxielu jirbaħ żewġ tlielaq minn tlieta.

Il-pożizzjoni li kiesb Verstappen hija l-ewwel waħda għat-tim ta’ Red Bull mindu kisbu l-pole position is-sena l-oħra fil-Mexican GP. B’hekk jidher li t-tim ta’ Red Bull reġgħu lura fit-tellieqa għat-titlu.

Min-naħa tat-tim ta’ Mercedes li dan l-istaġun ftit li xejn ġew sfidati tul l-ewwel disa’ tiġrijiet, issa jafu li għandhom il-kompetizzjoni.