Max Holloway jirbaħ it-titlu tal-UFC fil-kategorija tal-Featherweight

Ir-rebbieħ tal-Featherweight Max Holloway żamm it-titlu tal-UFC wara wirja dominanti kontra l-eks rebbieħ tal-lightweight Frankie Edgar. Holloway li għandu 27 sena, irranka ftit ftit biex irnexxielu jirbaħ kull rawnd; 50-45, 49-46, 48-47.

Għalkemm Edgar beda sew fl-ewwel rawnd, għamel wisq żbalji biex ħalla l-avversarju jieħu r-riedni u jirbaħ il-punti minn fuqu. Min-naħa tiegħu Holloway aktar kmieni din is-sena avvanza klassi biex ikkompeta fil-lightweight u pprova xortih kontra l-Amerikan Dustin Poirier. Sfortunatament tilef il-logħba u ddeċieda li jikkompeti fil-klassi li s-soltu jikkompeti fiha, iġifieri l-featherweight.