Mawra animata mal-personaġġi tal-Assedju l-Kbir

Fil-15 ta’ Lulju, Heritage Malta se toganizza attività oħra bħala parti mill-kommemorazzjonijiet tal-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir tal-1565.
L-attività prinċipali se tkun “Shadows of the Great Siege”, dawra animata mat-toroq tal-Isla u ta’ Bormla  li mhux biss huma miżgħuda bl-istorja iżda tul is-snin kienu is-sit ta’ diversi ġrajjiet u leġġendi madwar il-ġrajjiet tal-Assedju.
Il-prezz għal din l-attività speċjali huwa ta’ €20 filwaqt li studenti, anzjani u membri ta’ Heritage Malta iħallsu €18.
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta kif ukoll online minn http://shop.heritagemalta.org