Mauro Anastasi u Sue Abela rappreżentanti ta’ Malta fit-Turkija

Mauro Anastasi u Sue Abela se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fit-tazza taċ-Champions Ewropej fit-Turkija lejn l-aħħar ta’ Ottubru.

Anastasi irnexxielu jirbaħ il-kampjonat Nazzjonali tal-Bowling hekk kif fit-tielet ġurnata kiseb l-ewwel post wara li beda l-logħob fit-tielet post wara Miguel Xuereb u Mark Spiteri. Anastasi ssielet filwaqt li Spiteri kien biss ftit punti warah, biex sal-aħħar kien  Anastasi li rebaħ. Fit-tielet post ġie Dennis Mercieca. Anastasi sar l-ewwel atleta maskili li rebaħ dan il-kampjonat ħames darbiet.

Sue Abela mill-bidu tat-tielet ġurnata kienet tidher li se tieħu l-ewwel post fil-kompetizzjoni minħabba l-ammont ta’ pins li rnexxielha tagħmel. Fit-tieni post ġiet Cynthia Frendo Duca, filwaqt li Tizziana Carannante kellha tikkuntenta bit-tielet post.