Maurizio Vella – il-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Diċembru

Il-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru huwa Maurizio Vella ta’ Floriana. Il-pass u l-aċċellerazzjoni tal-plejer tekniku li jilgħab fuq ix-xellug tal-grawnd kienu fattur ewlieni fir-rebħ minn Floriana tal-BOV Super Cup fit-13 ta’ Diċembru. Fit-tieni sena tiegħu mal-Greens, Floriana rebħu wkoll l-FA Trophy fl-istaġun li għadda.
Maurizio wassal għal eċitament kbir fost il-partitarji ta’ Floriana hekk kif raw l-ewwel ċans tagħhom fil-Finali tal-BOV Super Cup meta Vella interċetta t-tqassima mil-lemin mingħand Juninho Cabral imma x-xutt tiegħu ntlaqa’ tajjeb mill-gowler tal-Hibs, Andrew Hogg.
Vella kien ukoll protagonist fit-telfa ta’ Floriana ta’ 2-0 kontra Birkirkara meta kien il-kaġun ta’ numru ta’ saves tajbin mill-gowler ta’ Birkirkara Schranz, b’Vella anke jolqot il-lasta l-mimduda u x-xutt tiegħu minn free-kick jgħaddi barra mill-wieqfa bi ftit pulzieri.
Alan Attard, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Bank of Valletta fil-Furjana, ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017 lil Vella. Il-plejer għażel lid-Dar tal-Providenza biex tibbenefika` mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.