Mauritius jiddikjara stat ta’ emerġenza ambjentali

Il- Mauritius tiddikjara stat ta’ emerġenza ambjentali wara li vapur trakka fl-ixtajta tal-gzira li tinsab fl-Oċejan Indjana u xerred ż-żejt fil-baħar.

It-tanker li kien qed jġorr merkanzija bejn iċ-Ċina u l-Brazil u salpa taħt il-bandiera Marittima tal-Panama.

Il-Prim Ministru Pravind Jugnauth qal li se jitlob tal-assistenza ta’ Franza peress li l-pajjiż m’għandux ir-riżorsi biex jitratta d-diżastru ambjentali li ħoloq dan l-inċident.

L-ekonomija tal-Mauritius tiddependi fuq l-industrija tas-sajd u t-turiżmu.