Matul il-lejl l-Iżrael b’60 attakk mill-ajru fuq Gaza

Il-lejl li għadda qed ikun meqjus bħala wieħed mill-iktar qalil, wara li l-Iżrael għamel 60 attakk bl-ajru fuq Gaza.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu wissa li l-kampanja militari f’Gaza tista’ ddum.
Netanyahu qal li l-Iżrael se jkompli bl-attakki tiegħu sakemm jeqred is-seniela ta’ mini taħt l-art li jappartjenu għall-grupp militanti Hamas.
Waqt l-attakk tal-lejl li għadda, l-Iżrael qered numru ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni u anke residenza ta’ wieħed mill-mexxejja tal-Hamas.
Min-naħa tagħhom il-militanti tal-Ħamas sparaw tliet rokits lejn l-Iżrael.
Midja internazzjonali qed jirraportaw li matul il-lejl mietu 13-il Palestinjan u 10 suldat Iżraeljan.
Uffiċjali qed jgħidu li f’inqas minn xahar minn kemm ilu li beda l-ġlied, mietu madwar 1,100 Palestinjan, il-biċċa l-kbira minnhom nies ċivili. L-