“Matul dawn il-jiem li ġejjin se nkun ftit indispost” – Agius Saliba

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba dalgħodu ħabbar fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li fil-ġranet li ġejjin se jkun indispost.

“Kif nagħmel kull nhar ta’ Tnejn, illum ħriġt wkoll bil-bagalja kmieni mid-dar, pero’ llum differenti għaliex minflok sejjer lejn l-ajruport qiegħed fi triqti lejn l-isptar sabiex aktar tard dalgħodu niġi operat. Niskuża ruħi minn issa hekk kif matul dawn il-jiem li ġejjin ser inkun,” kiteb hu waqt li talab biex in-nies iżommuh fit-talb tagħhom.

Bonġu ħbieb.Kif nagħmel kull nhar ta' Tnejn, illum ħriġt wkoll bil-bagalja kmieni mid-dar, pero' llum differenti…

Posted by Alex Agius Saliba on Sunday, December 13, 2020

Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.