Matuidi pożittiv għall-coronavirus

Il-midfielder ta’ Juventus Blaise Matuidi għamel it-testijiet meħtieġa u rriżulta wkoll li għandu l-coronavirus.

Il-klabb tas-Serie A qal li l-Franċiż li kien parti mit-tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja kien qiegħed fi kwarantina b’mod volontarju. Il-klabb qal li kien ilu f’iżolament mill-11 ta’ Marzu.

Matuidi li għandu 32 sena huwa t-tieni plejer ta’ Juve li kien ikkonfermat li għandu l-coronavirus. Il-ġimgħa l-oħra rriżulta li kellu l-coronavirus ukoll id-difensur Daniele Rugani.

S’issa l-logħob domestiku ġewwa l-Italja ġie sospiż sat-3 ta’ April.