Matthijs de Ligt daħal fi qbil ma’ Juventus

Matthijs de Ligt daħal fi qbil ma’ Juventus u issa jivdal biss li jaċċettaw Ajax. Ilu xi jiem jintqal li Juventus irnexxielhom jilħqu ftehim u jassiguraw kuntratt ta’ ħames snin mad-difensur ta’ Ajax għal madwar €9 miljun fis-sena esklużi l-bonuses. Inizjalment Juventus offrew lil Ajax li jħalsu €50 miljun tiegħu.

Barcelona u Paris Saint-Germain ukoll wrew interess u hemm rapporti li qed jgħidu li jaf jagħmlu l-pass biex jippruvaw jixtruħ huma. Min-naħa l-oħra r-rapporti Taljani qed ikomplu jinsistu li Juventus qed jittamaw li jilqgħu lil De Light f’Turin għat-test mediku nhar l-Erbgħa.