Matthew Pace huwa l-President il-ġdid tal-MHRA

Matthew Pace nħatar bħala l-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA.
Fi stqarrija l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit laqa’ bi pjaċir il-ħatra tas-sur Pace.
Matthew Pace se jkun qed jieħu post Paul Bugeja li ftit tal-jiem ilu ġie kkonfermat b’vot unaminu mill-bord tal-AwtoritàMaltija għat-Turiżmu biex imexxi l-istess Awtorità.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li Matthew Pace għandu l-kwalitajiet  u l-esperjenza fis-settur biex imexxi l-akbar organizazzjoni non-governattiva fis-settur tat-Turiżmu.