Matthew Gauci rebbieħ tal-Wotomoto Enduro

Mario Micallef

L-Assoċjazzjoni Sport Mutur u Karozzi kompliet bl-aħħar impenji mil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019. Din l-aħħar attivitá  ġiet organizzata fil-Barriera tal-u kien hemm 17-il kompetitur li rreġistraw għal din il-kompetizzjoni li kienet maqsuma f’erba’ klassijiet.

Tul il-Pole Position Bernard Sammut irreġistra l-inqas u l-ewwel ħin tal-ġurnata segwit min Matthew Gauci u Garry Debono. It-taqtiha għar-rebbieħ tal-kompetizzjoni kienet bejn Sammut u Gauci. Gauci kellu biss vantaġġ minimu fuq Sammut, iżda kien biżżejjed biex jirbaħ it-titlu.

Tul dan l-istaġun Gauci rnexxielu jirbaħ tliet attivitajiet minn sitta waqt li fit-tlieta l-oħra rebaħ żewġ events fit-tieni post u waħda fit-tielet post. B’hekk Gauci għalaq il-klassifika Nazzjonali b’107 punt segwit minn Bernard Sammut. Sammut rebaħ it-titlu ‘Runner-up’ tal-Klassifika b’total ta’ 94 punt. Sammut tilef attività minnhom minħabba inċident li kellu minkejja li rnexxielu jirbaħ tliet attivitajiet min  ħamsa li ħa sehem fihom waqt li fit-tnejn l-oħra rebaħ it-tieni post.

F’rizultati oħra tal-klassijiet kien hemm Aidan Camilleri li rebaħ il-klassi B segwit min Gabriel Muscat u Roger Grima li spiċċa fit-tielet post. Fi Klassi Ċ Klye Stone rebaħ din il-klassi segwit min Kurt Muscat. Fil-klassi Juniors, Julian Scicluna rebaħ din il-klassi segwit min Antonie Muscat.

Il-Kumitat Amministrattiv tal-ASMK għalaq ir-reġistrazzjoni tal-‘Van Demolition Derby 2019’. Għal din l-edizzjoni hemm 16 il-kompetitur li mistennija jieħdu sehem fl-attività li ħa ssir is-Sibt 13 ta’ Lulju 2019 tard filgħaxija.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew il-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.