Matthew Bonett jinħatar Aġent Direttur Informazzjoni tal-PN

Matthew Bonett inħatar bħala Aġent Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Dan wara r-riżenja ta’ David Herrera minn Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-ġimgħat li għaddew.
Fil-ħames snin li għaddew, Bonett ħadem bħala ġurnalist, produttur u preżentatur ma’ Media.link Communications. 
Matthew Bonett għandu 23 sena u studja fil-Kulleġġ Stella Maris, Ġan Franġisk Abela Junior College, u l-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’Baċċellerat bl-Unuri fl-Istudji Ewropej u l-Komunikazzjoni, u wara b’Masters fl-Istudji Ewropej.
Waqt li kien l-Università, Matthew serva bħala Koordinatur għall-Politika Soċjali tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).