​Matthew Asciak rebbieħ tal-BOV Malta Tennis Men’s Masters

Matthew Asciak ikkonferma l-ogħla post fit-tenis lokali hekk kif żamm it-titlu tal-BOV Malta Tennis Men’s Masters, wara li għeleb lil Denzil Agius 6-0, 6-0.
Il-Finali ntlagħbet dalgħodu, fil-Gordon Asciak Tennis Academy Indoor Courts fil-Malta Sports Club.
Asciak huwa ċertament sinonimu ma’ dan it-turnament, fejn rebħu erba’ darbiet minn kemm ilu jintlagħab mill-2010.
Ta’ min jgħid li fl-2012, Asciak ma setax jikkompeti minħabba li kellu xi impenji tenistiċi barra minn Malta.
John Paul Abela, Maniġer tal-Media and Community Relations fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta it-trofew lill-Matthew Asciak fil-preżenza ta’ David Farrugia Sacco, President tal Malta Tennis Federation.