​Matt Meilak kellu mħabba kbira lejn Swieqi United

Dalgħodu l-isportivi Maltin qamu maħsuda bl-aħbar traġika tal-mewt ta’ Matt Meilak, partitarju tat-tim tal-futbol ta’ Swieqi United FC.
Ma' Newsbook.com.mt id-Deputat Viċi President ta’ Swieqi United, Robert Dingli qal li Matt kien bniedem sempliċi hafna, kien mimli ħajja u jħobb il futbol. Peress li kien jgħix is-Swieqi, dejjem kellu interess fit-tim tas-Swieqi u kien ikun fl-istands jagħti s-sapport lit-tim u l-plejers, li ħafna minnhom kienu ħbieb tiegħu stess.
Fuq nota personali, Robert dejjem jiftakar lil Matt ikellmu fuq Swieqi United u dejjem kien jieħu interess fir-riżultati li jikseb it-tim.
Il-klabb ta’ Swieqi United se jibqa’ jfakkar lil dan iż-żagħżugħ, b’attività għall-memorja tiegħu, li titħabbar fil-futur qrib.
Matt miet wara li kmieni l-Ħamis filgħodu s-sewwieq tal-karozza li kien fiha hu tilef il-kontroll bil-konsegwenza li daħal f'ħajt u arblu tad-dawl.