Matilda the Musical b’kast mill-aqwa

Il-musical se jittella’ minn Masquerade Malta fl-MCC f’April

Read in English.

Dalwaqt ser jittella’ l-musical ta’ fama internazzjonali Matilda,  b’artisti kemm lokali kif ukoll internazzjonali magħrufin fil-qasam tat-teatru mużikali.

Addattat minn novella għat-tfal miktuba minn Roald Dahl, Matilda the Musical jirrakkonta l-istorja ta’ tifla straordinarja, intelliġenti u b’immaġinazzjoni fertili li tazzarda tbiddel id-destin tagħha. B’kanzunetti oriġinali ta’ Tim Minchin u kitba ta’ Dennis Kelly, dan il-musical għamel suċċess kbir madwar id-dinja sa minn meta ttella’ għall-ewwel darba fl-2010 u rebaħ aktar minn 90 unur internazzjonali, li 23 minnhom kienu għall-Aħjar Musical.

Għad-debutt f’Malta, Masquerade Malta ser ittella’ Matilda the Musical f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, għal perjodu limitat f’April li ġej, bl-aħjar atturi fil-kamp mużikali.

“Masquerade hija kburija li akkwistat id-drittijiet professjonali biex tkun tista’ ttella’ Matilda għall-ewwel darba f’April, u li ntgħażlu biex jieħdu sehem uħud mill-aħjar atturi lokali fil-qasam mużikali,” qal Anthony Bezzina, id-direttur artistiku. “Din il-produzzjoni umoristika u sensittiva hija maħbuba mill-udjenzi u l-kritiċi madwar id-dinja u aħna għandna seba’ mitt sena biex naqsmu din il-produzzjoni mimlija enerġija mal-udjenzi lokali.”

Matilda the Musical ser jingħata l-ħajja f’Malta b’atturi bħal Thomas Camilleri li se jaħdem il-parti ta’ Miss Trunchbull, Katherine Brown fil-parti ta’ Mrs Phelps, Christopher Dingli – Mr Wormwood, Nadine Bico – Miss Honey, Sean Borg it-tabib, Joshua Tackas bħala Sergei u Francesco Nicodeme – Rudolpho. Magħhom tingħaqad fil-parti ta’ Mrs Wormwood l-attriċi, kantanta u żeffiena li tgħix Londra Anna Middlemass, li ħadet sehem f’musicals bħal Bad Girls, Wonderful Town, Bare, u Spring Awakening.

Sadanittant ir-rwol ta’ Matilda se tkun fdata f’idejn erba’ artisti lokali, Claudia Santamaria Soriano, Leah Grech, Michela Caruana u Michela Deguara, u dawn l-atturi żgħażagħ ser ikunu jalternaw il-parti matul il-produzzjoni.

It-tim kreattiv ta’ din il-produzzjoni għandu esperjenza kbira fil-qasam teatrali, bid-direttur Anthony Bezzina, id-direttur mużikali Kris Spiteri u l-koreografu Ewan Jones li jgħix fir-Renju Unit.

Matilda the Musical ser jittella f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Ġimgħa 17 ta’ April fis-7.30pm, is-Sibt 18 ta’ April fis-7.30pm, il-Ħadd 19 ta’ April fis-2.30pm u fis-7.30pm, is-Sibt 25 ta’ April fis-2.30pm u fis-7.30pm u l-Ħadd 26 ta’ April fis-2.30pm. Il-biljetti jinkisbu minn www.mcc.com.mt  Għal aktar informazzjoni żuru www.masquerademalta.com jew ċemplu fuq 7979 3737.

Dan il-konenut mwassal minn Masquerade Malta