Mathias se jerġa’ jibda jara f’Il Segreto?

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

It-telenovela Spanjola Il Segreto tkompli wkoll matul din il-ġimgħa fuq l-istazzjon Taljan Canale 5. Il-Ħadd jixxandar fl-4.15pm filwaqt li mit-Tnejn sal-Ġimgħa jixxandar fl-4.10pm.

Is-SIbt mhux se jixxandru aktar puntati minn din is-sensiela minħabba li minflok se jibda jixxandar Amici,

Il-Ħadd 10 ta’ Novembru

Francisca taħlef vendetta fuq min seta’ kien responsabbli għall-attakk li seħħ. Ħajjet Mathias tinsab f’riskju minħabba fl-infenzjoni.

It-Tnejn 11 ta’ Novembru

ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Severo jistqarr ma’ Carmelo li kien involut fl-attakk li kien seħħ. Elsa tiftaħ qalbha ma’ Isaac dwar il-kundizzjoni f’saħħitha.

It-Tlieta 12 ta’ Novembru

Se jirnexxielu it-tabib Zabaleta jsalva lil Mathias u jġibu jara mill-ġdid?

L-Erbgħa 13 ta’ Novembru

X’aħbar se jagħti t-tabib Zabaleta lil Elsa u lil Isaac?

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

L-abitanti jibdew jiġbru fondi finanzjarji biex jgħinu lil Elsa finanzjarjament għall-operazzjoni li għandha bżonn. Raimundo jgħarraf lil Francisca li Carmelo u Severo qed jikkonfoffaw xi ħaġa bejniethom.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru

Maria ssoffri minn kriżi u tkun tixtieq li tmut. Francisca taqsam il-ħsibijiet tagħha ma’ Raimundo u trid tivvendika ruħha minn Severo.