Mater Dei: Tilwima industrijali minħabba l-ikel tal-ħaddiema

Read in English.

L-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) se tiftaħ tilwima industrijali minħabba l-kwalità tal-ikel li qed jingħata lil min jaħdem fl-Isptar Mater Dei. It-tilwima industrijali hija wkoll minħabba li l-Isptar Mater Dei m’huwix jipprovdi mod kif jieklu dawk li għandhom rekwiżiti speċjali tad-dieta.  Dan l-ikel huwa provdut minn Corinthia Group.

F’ittra lill-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei, il-President tal-Unjin qal li Corinthia Group irid jinbidel. Jistenna li jekk ma jinbidilx, ikun hemm allowance għall-ikel għal kull persuna li taħdem hemm. Dan għax iħoss li għandhom kull dritt li jgħidu li ma jridux jużaw s-servizz ħażin u jieklu l-ikel provdut minn Corinthia Group.

Barra minn hekk, semma kif hemm infermiera li jaħdmu iżjed mis-sigħat tagħhom fil-ġimgħa, u li mhux qed jingħataw allowance għall-ikel. Qal li dan kollu mhux aċċettabbli, għax meta tkun qed taħdem għal 8 jew 12-il siegħa, il-ġisem għandu bżonn l-ikel.

Ikkonkluda billi qal li direttivi se jingħataw lill-membri tal-MUMN f’Mater Dei mingħajr ebda notifika apparti l-ittra li bagħat.

Aqra: L-MUMN tgħid li ħaddiema f’Mater Dei mhux jingħataw l-ikel allokat lilhom