Mata jħeġġeġ lil sħabu biex jitgħallmu mill-iżbalji

Il-plejer Spanjol ta’ Manchester United Juan Mata wissa lit-tim biex iżommu saqajhom mal-art u fl-istess ħin jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom stess wara t-telfa tas-Sibt li għadda kontra Huddersfield Town fil-kampjonat bl-iskor ta’ 2-1.
Mata qal illi kien jaf li xi darba kienet se tasal l-ewwel telfa tagħhom u saħaq illi issa huwa importanti ħafna kif se tkun ir-reazzjoni tat-tim proprju meta llum jilagħbu fil-EFL Cup kontra Swansea.
Il-midfielder ta’ 29 sena, illi ngħaqad mal-United fis-sena 2014, sostna li issa huwa mportanti li t-tim jingħaqad ħalli jkomplu bis-suċċessi illi kellhom f’ċawn l-ewwel ġimgħat tal-istaġun taħt il-gwida tal-coach Portugiż Jose Mourinho.