Filmat: €800,000 għall-familji li għaddew minn abbuż domestiku

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li Dar Merħba Bik se tingħata €791,137 fit-tliet snin li ġejjin biex tgħin persuni li għaddew minn abbuż domestiku. Huwa qal dan waqt l-iffirmar ta’ ftehim soċjali ieħor bejn il-gvern u Dar Merħba Bik fejn sostna li l-Gvern żdied b’erba’ darbiet in-nefqa soċjali tiegħu f’dan il-qasam.

Bħalissa Dar Merħba Bik qed tgħin mal-14-il familja li diġà jieħdu għajnuna finanzjarja u issa se jibdew jibbenefikaw oħrajn li jgħixu fi flats f’Dar Santa Bakhita.

Dawn il-flus se jmorru għand diversi għaqdiet u fondazzjonijiet mhux governattivi u tal-Knisja bis-saħħa ta’ madwar 40 ftehim.

Semma kif l-investiment tal-Gvern tela’ minn €3 miljuni għal €12-il miljun għax irid jgħin lil dawk vulnerabbli, fosthom tfal bi problemi soċjali, persuni b’diżabiltà jew bi problemi ta’ saħħa mentali u eks-priġunieri.