Mat-80 miljun kattoliku jistennew lill-Papa Franġisku fil-Filippini

Il-Papa Franġisku jinsab fi triqtu mis-Sri Lanka għal żjara ta’ ħamest ijiem fil-Filippini, fejn hemm stennija kbira minn madwar 80 miljun kattoliku.
Il-qofol taż-żjara tal-Papa hija quddiesa fl-apert fil-belt kapitali Manila nhar il-Ħadd li ġej.
Mistenni wkoll li jżur Tacloban biex jiltaqa’ ma’ dawk li salvaw mit-tifun devastanti ta’ Novembru 2013.
Fil-pajjiż ittieħdu numru ta’ miżuri tas-sigurtà fost l-oħrajn b’eluf ta’ suldati u pulizija stazzjonati fil-postijiet minn fejn se jgħaddi l-Papa.
Il-Papa Franġisku huwa r-raba’ Papa li se jkun qed iżur il-Filippini.