Aġġornata: Jiżdiedu l-vittmi kawża ta’ terremot qawwi fil-Ġappun

Terremot b'qawwa ta' 7.3 fuq l-iskala Richter laqat il-Ġappun fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
Eluf ta' ħaddiema tas-salvataġġ intbagħtu fir-reġjun ta' Kyushu hekk kif huwa rrappurtat li s'issa mat-32 ruħ mietu u mijiet oħra ndarbu fit-terremot.
Dan huwa t-tieni terremot li ħalla n-nies mejta fil-Ġappun f'temp ta' 24 siegħa.
Mezzi internazzjonali tax-xandir qed jirrappurtaw li mal-mitt elf dar jinsabu bla dawl u mal-erba' mitt elf oħra mingħajr il-provvista tal-ilma.
Barra minn hekk, il-qawwa tax-xita li qed tagħmel fir-reġjun qed tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni b'numru kbir ta' valangi tat-tajn.