Mat-12-il talba fil-ġimgħa lill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – Fearne

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jirċievi bejn 10 u 12-il talba fil-ġimgħa għall-assistenza jew informazzjoni, il-maġġor parti tagħhom b’mod telefoniku.

Aqra: Għandek problemi ta’ saħħa mentali? Fittex l-għajnuna

Dan qalu fil-Parlament waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Mario Galea. Hu staqsa wkoll kemm kien hemm ilmenti li rċieva l-Kummissarju matul dawn l-aħħar tliet snin.

Fearne qal li lmenti formali li waslu għand il-Kummissarju kien hemm 19 fis-sena 2016, 16 fl-2017 u 12 fl-2018. Spjega li l-kontenut ta’ dawn l-ilmenti u talbiet jikkonċernaw materji koperti mill-Att dwar is-Saħħa Mentali.

Aqra: 5,690 persuna qed jirċievu s-servizz psikjatriku bħalissa – Fearne

Skont il-Ministru Fearne, waqt seduta parlamentari spjega li bħalissa, hemm 5,690 persuna li qed jirċievu servizz tal-outpatients tal-psikjatrija. Intant, mill-2016 sal-2018, l-għadd ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz ta’ respite tar-Richmond Foundation kienu 9, filwaqt li hemm tliet persuni fuq il-lista ta’ stennija għal dan is-servizz. Kull sena, il-Fondazzjoni toffri servizz lil 2,000 persuna.

Aqra: Monte Karmeli għandu jagħlaq – Fondazzjoni Richmond

Aqra: 150,000 Malti jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali – Richmond Foundation