Mastermind jew imħatra?

Read in English.

It-Times of Malta qed tirrapporta li n-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech, semma lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri bħala l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.   

Intant, sorsi qrib l-investigazzjoni qalu ma’ Newsbook.com.mt, li rikording li ssottometta Melvin Theuma, li qed jitqies bħala s-sensar fl-assassinju, juru li Theuma u Fenech għamlu mħatra dwar jekk il-Partit Laburista hux se jirbaħ l-elezzjoni tal-2017 b’maġġoranza kbira. Theuma, li hu magħruf li jżomm il-logħob fuq l-idejn, aċċetta din l-imħatra ta’ €50,000 u bir-rebħ minnha li kellu jammonta għal €150,000 inżamm mill-istess Theuma u ntefa’ fis-sassla għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.