Massimo x’se jgħidlu lil Karl?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa naraw Winnie x’se tgħid lil Adam dwar il-ktieb li kien qed jaħseb biex jippubblika? Għaliex se tkeċċieh il-barra?

Meta John jasal fl-uffiċċju ta’ Etienne, jara lill-ħuh Frank. X’se jgħidlu dwar Lina u Etienne għaliex jammonieh? Karl iċempel lil Massimo. Tgħid sar jaf xi ħaġa dwar dak li kien qallu biex jitkixxef?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm. Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.