Massikitnix, f’każ li trid titkellem

Il-Grupp Awturi ta’ Malta Ġdida nieda l-pjattaforma “Massikitnix” li se sservi bħala vuċi għal dawk kollha li jridu jitkellmu kontra azzjonijiet ħżiena mill-Gvern.
Permezz ta’ din il-pjattaforma, l-Awturi qalu li din se sservi bħala “għodda soċjo-politika” biex tippermetti r-rappurtar anonimu ta' diskriminazzjoni politika u korruzzjoni f'Malta.
Spjegaw li l-esperjenza li jintbagħtu lil Massikitnix se jiġu ppubblikati b'mod anonimu filwaqt li qalu li dan qed isir biex bil-frustrazzjoni ta’ dawn in-nies, jesponu ftit mill-impunità li tħalliet tidħol f’Malta.
L-Awturi ta’ Malta Ġdida qalu li “l-impunità esperjenzata fl-aħħar xhur hija saffokanti”. Qalu li 100 ġurnata għaddew mill-assassinju ta’ Daġhne Caruana Galizia “u ħadd ma refa’ r-responsabiltà politika”. Semmew ukoll il-permess maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li skont l-Awturi “qed jisħtu l-wirt, l-art, l-ispazju u l-arja” Maltija.
Il-grupp Awturi kien il-moħħ wara l-protesta li kienet saret quddiem l-uffiċini tal-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta meta d-delegazzjoni tal-MEPs kienet ġiet Malta biex tiġbor informazzjoni dwar ir-rispett għal-liġi u s-sistemi kontra l-ħasil tal-flus.