Massakru ta’ suldati Torok fis-Sirja jwassal għal aktar tensjoni

Aġġornat 07:58 AM
Internally displaced Syrian women and their children sit in a tent in an IDP camp located near Idlib, Syria February 27, 2020. REUTERS/Umit Bektas

Read in English.

Eskalat it-tensjoni bejn it-Turkija u s-Sirja wara li kien hemm attakk mill-ajru li fih inqatlu aktar minn 30 suldat Tork fil-provinċja Sirjana ta’ Idlib. 

Fil-pront kien hemm reazzjoni militari Torka li mistennija tkompli tikber fis-sigħat li ġejjin.

Barra minhekk it-Turkija qalet li mhux se tkompli twaqqaf ir-refuġjati Sirjani milli jidħlu fl-Ewropa. Dan hekk kif mistennija mewġa kbira ta’ refuġjati Sirjani minħabba dan il-ġlied ġdid.

Ir-reġim Sirjan flimkien mal-militar Russu qed jippruvaw jieħdu lura l-provinċja ta’ Idlib minn ribelli Sirjani li huma appoġġjati mit-Turkija. Il-President Tork Tayyip Erdogan kien diġà wissa lis-Sirja biex tirtira t-truppi miż-żoni qrib il-bażijiet li għandha f’Idlib u wissa li l-Gvern ta’ Ankara kien lest jidħol fl-azzjoni kontrihom jekk dan ma jsirx u bir-Russja tgħid li t-Turkija kisret il-patt li kienu saru rigward il-preżenza militari tagħha fis-Sirja.

Wara l-qtil tas-suldati Torok, daħlu fil-kwistjoni anki n-NATO, li tagħha t-Turkija hi membru, u l-Istati Uniti li kundannati l-qtil u wissiet li kienet se tkun spalla ma’ spalla mat-Turkija, alleat ewlieni.

Aġġornament – It-Turkija qalet li bhala konsegwenza tal-attakk li sar, il-qaghdiet militari kollha Sirjani issa kienu fil-mira tal-militar Tork, b’rapporti ta’ caqliq kbir militar Tork f’diversi bazijiet qrib il-fruntiera Sirjana.