Massakru f’Ogossagou, fil-Mali

Iġsma ta' suldati maqtula fil-kamp militari ta' Dioura

L-Isqfijiet tal-Mali flimkien mal-komunità Evanġelika bagħtu messaġġ ta’ kondoljanzi lill-President tal-Malti u lill-Ministru għall-Affarijiet Reliġjużi, wara l-massakru li twettaq fil-villaġġ ta’ Ogossagou.

“Nhar il-Ħadd li ġej se jsir talb għal dawn il-vittmi, għall-persuni li sfaw feruti, għall-familji tagħhom u għall-paċi fil-Mali,” qal Fr. Alexandre Denou, Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali tal-Malti, lill-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES.

Fl-24 ta’ dan ix-xahar, mill-anqas 160 persuna mill-etniċita tal-Peuls sfaw massakrati fil-villaġġ ta’ Ogossagou li jinsab fiċ-ċentru tal-pajjiż.

“Qed jingħad li dawn inqatlu minn grupp ta’ kaċċaturi magħrufa bħala Dogons, jew nies lebsin bħalhom. Id-dogons huma speċi ta’ konfraternità ta’ kaċċaturi.  Huma ma jaqilgħux l-għixien tagħhom mill-kaċċa u f’ħafna każi dawn ikunu bdiewa li jingħaqdu biex imorru għall-kaċċa u joffru difiża għalihom infushom”, spjega Fr Alexandre.

Min-naħa l-opra l-Peuls huma popolazzjoni ta’ bdiewa li spiss ikollhom problemi ma bdiewa oħra fuq il-qsim ta’ art u r-riżorsi tal-ilma. Fil-Mali hemm nuqqas kbir ta’ sigurtà minħabba l-preżenza ta’ grupp qawwi ta’ Jihadisti li riċentement ippruvaw anke jaqtgħu mit-Tramuntana tal-pajjiż mill-bqija.

“Nhar il-Ħadd li għadda, bħala Knisja talbna għall-vittmi tal-massakru ta’ Dioura fejn il-ġimgħa ta’ qabel kienu nqatlu 23 suldat f’attakk fuq il-kamp militari ta’ Dioura”. L-attakk fuq dan il-kamp twettaq minn grupp affiljat mal-Al Qaida.

“Il-Knisja Kattolika u l-Knisja Enaġelika qed jaħdmu flimkien favur il-paċi u flimkien appellaw lill-poplu tal-Mali biex fil-pajjiż ikun hemm l-għaqda u mhux il-firda,” temm jgħid Fr. Alenandre.