Mass Meeting tal-Ajkla f’Birkirkara

Eluf ta’ nies inġabru fi Triq Ganu, Birkirkara biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Żaren Bonnici, magħruf aktar bħala Żaren tal-Ajkla.

Waqt il-kelmtejn tiegħu, Żaren kkundanna l-fatt li hu ma kienx mistieden għad-dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali.

Insista biex iż-żgħażagħ li mhumiex mid-distrett tiegħu, jiktbu ‘Bonnici Żaren’ fuq il-karta tal-vot.

Waqt dan il-Mass Meeting, li għalih Żaren twassal fuq l-ispallejn, Bonnici semma’ n-numru ta’ mass meetings li għad iridu jsiru minnu, fosthom f’Ħaż-Żabbar u Ħal Qormi.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.