Maskri sa sena oħra fl-Ingilterra?

woman-wearing-face-mask-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Il-kap tax-xjenza tal-Ingilterra Patrick Vallance wissa lir-residenti Ingliżi li matul ix-xitwa  li ġejja, xorta waħda jista’ jkun il-każ li jibqgħu jintlibsu l-maskri. Dan wara li lbieraħ, fl-Ingilterra beda l-programm tat-tilqima kontra l-coronavirus.

Huwa qal, “Ix-xitwa li ġejja, anke jekk ikollna l-vaċċin, xorta waħda jrid ikun hemm ċerti miżuri bħall-ilbies tal-maskri”.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li f’Malta, l-ewwel dożi tal-vaċċin se jingħataw f’Jannar lill-ħaddiema tas-saħħa kollha, lill-ħaddiema u r-residenti tad-djar tal-anzjani, lir-residenti fid-djar ta’ kura tas-saħħa mentali u lill-anzjani kollha ‘l fuq minn 85 sena. 

Il-Ministru Chris Fearne llum se jkun fuq Newsbook.com.mt biex iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies. Il-programm se jixxandar fl-4pm.