​Mascherano ma tantx fadallu ma’ Barcelona

Il-plejer internazzjonali Arġentin Javier Mascherano jħoss illi ż-żmien tiegħu ma’ Barcelona riesaq lejn it-tmiem wara li ilu mal-klabb għal dawn l-aħħar seba’ snin.
F’dan l-istaġun il-kowċ Ernesto Valverdebdieh biss disa’ darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha li l-Katalani ħadu sehem fihom u dan qed iħasseb mhux ftit lil Mascherano meta kien qed jitkellem fuq l-istazzjon ESPN.
“Inħoss illi żmieni hawn kważi spiċċa. M’hemmx x’tagħmel kull bidu fih it-tmiem. Nispera biss illi nitlaq fl-aqwa mument. Mhux beħsiebni nitlaq kif ġieb u laħaq. Madanakollu nixtieq nilgħab aktar” stqarr Mascherano.
Dan il-plejer għandu 33 sena u ġie akkwistat fis-sena 2010 mingħand Liverpool.