Segwi l-filmat: Mas-750 persuna mistennija jivvutaw mill-isptar Mater Dei

Għall-ewwel darba, pazjenti fl-isptar Mater Dei se jkunu jistgħu jivvotaw mill-isptar stess.

Wara emendi fil-leġislazzjoni elettorali, il-votazzjoni fir-Residenza San Vincenz de Paul, u fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, se ssir nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu.

Ic-Chief Operations Officer tal-Isptar Mater Dei, Marco Cachia, qal li hu stmat li mas-750 pazjent se jkun jista’ jivvota.

Kompla jispjega eżattament min se jkun jista’ jivvota fl-isptar, fejn se ssir il-votazzjoni, u x’tip ta’ preparamenti kellhom isiru.

Fost oħrajn, il-pazjenti ġew eżaminati minn tabib sabiex jiġi stabilit jekk humiex f’kundizzjoni il jivvotaw jew le.

Newsbook żar il-gallarija tal-entratura prinċipali, fejn il-pazjenti se jivvutaw.