Mas-7,000 akkomodazzjoni jappartjenu lill-Gvern

Miguela Xuereb

Il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar huma sid ta’ 6,855 akkomodazzjoni.  L-Awtorità tad-Djar hija sid ta’ 3585 akkomodazzjoni filwaqt li tamministra 441 dar oħra. Dawn il-postijiet huma maqsuma bejn flats, maisonettes u djar.

Min-naħa l-oħra l-Gvern huwa sid 2,829 akkomodazzjoni li minnhom 1,547 huma flats filwaqt li 1,282 huma djar jew maisonettes.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa kemm hemm postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom u li huma mikrijin lill-inkwilini rikonoxxuti. Huwa staqsa wkoll kemm hu l-valur medju ta’ prezz kummerċjali u l-prezz issussidjat. Madankollu l-Ministru ma weġibx kemm huwa l-valur medju ta’ prezz kummerċjali u l-prezz issussidjat.