​Mas-700 spezzjoni dwar serq tal-ilma f’sena

Matul is-sena l-oħra, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet 684 spezzjoni b’rabta ma’ serq ta’ ilma.
F’tagħrif li ta fil-Parlament lid-deputata Laburista Rosianne Cutajar, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-Gvern qed jassigura li jitnaqqas it-telf tal-ilma minn ħsarat jew serq fil-meters.
Qal li dan qed isir fost l-oħrajn permezz tat-twaqqif ta’ team fid-direttorat tal-informatika li jiffoka fuq l-analiżi tad-'data' li tkun dieħla mis-sistema tal-Automated Meter Management.  
Riżultat ta’ dan, spjega l-Ministru Mizzi, fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena diġà saru 597 spezzjoni. Żied jgħid li dan it-team jidentifika dawk il-meters li jeħtieġ isirilhom spezzjonar biex wara tittieħed azzjoni dwarhom.