Awdjo: Mas-26 sett ta’ Eżerċizzi matul dan ir-Randan

Matul iż-żmien tar-Randan, F’Malta u Għawdex hawn xejn inqas minn 26 sett ta’ eżerċizzi biex ikomplu jgħinu lil bosta żgħażagħ fi preparazzjoni għal jum l-Għid mqaddes.

Newsbook tkellem ma’ Nathaniel Muscat, mill-KDŻ. Huwa qal li dawn l-eżerċizzi jinvolvu mat-3000 organizzatur, maġġoranza minnhom ikunu żgħażagħ.
L-attendenza għal dawn l-attivitajiet reliġjużi ukoll hija waħda kbira. Nathaniel Muscat saħaq li mal-2000 ruħ jipparteċipaw f’dawn l-eżerċizzi. Huwa spjega li dawn l-eżerċizzi joffru profondita’ ikbar mis-soltu.

Nathaniel Muscat semma’ l-fatt li diversi żgħażagħ jippreferu jattendu l-eżerċizzi tar-Randan milli l-quddies.

Interessanti li l-aktar eta’ li tattedni huma dawk ta’ bejn it-18 u l-25 sena. Dawk ta’ bejn is-16 u t-18 huma l-inqas li jattendu.