Mas-17,000 donazzjoni tad-demm fl-2019

Read in English.

Matul l-2019 kien hawn mas-17,000 donazzjoni tad-demm. Fi stqarrija, is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm irringrazzja lil kull persuni li b’xi mod jew ieħor tat sehmha.

Is-Servizz spjega li issa qed iħares ‘il quddiem biex itemm is-sena b’ħafna aktar donazzjonijiet tad-demm fi żmien il-vaganzi u jibda sena oħra ta’ ħidma favur il-ħtiġijiet tal-morda. Qal li dan jinkludi li jkun hawn riżerva adekwata ta’ demm fil-pajjiż għall-benefiċċju u s-serħan tal-moħħ għal kull persuna li tista’ tiġi bżonn id-demm.