Marzu 2013: 154,137 persuna taħdem full-time

Sa Marzu li għadda, żdied bi tnejn fil-mija n-numru ta’ nies li jaħdmu. 

Fuq bażi full-time b’kollox hawn 154,137 ħaddiem.  Dawn żdiedu bi 3,022. Ħaddiema full-time fis-settur privat hawn 112,630.

Skont informazzjoni miġbura mill-ETC u ppubblikata mill-NSO jirriżulta wkoll li meta kkumparat ma’ Marzu tas-sena li għaddiet, kien hemm ukoll żieda fin-numru ta’ persuni qegħda u dawn żdiedu b’384.  Persuni bla xogħol ammontaw għal 7,350.

Kien hemm ukoll żieda ta’ 0.8% fin-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom li b’kollox ammontaw għal 17,908.

Ix-xogħol part-time żdied b’5.3% u hemm 55,522 ħaddiem.

Ħaddiema li għandhom kemm impjieg full-time kif ukoll part-time żdiedu b’796.