Martin u Krystle: il-vittmi tal-isplużjoni f’Boston

Fuq fomm kulħadd ilbieraħ filgħodu kien hemm l-aħbar li wieħed mill-vittmi taż-żewġ splużjonijiet waqt il-maratona ta’ Boston kien tifel ta’ tminn snin.  Fil-ħin tal-maratona, Martin Richard kien jinsab fl-ewwel filliera, jistenna lil missieru jispiċċa it-tiġrija. 

Miegħu kien hemm oħtu ż-żgħira ta’ sitt snin, li kawża tal-isplużjoni tilfet saqajha kif ukoll ommu Denise, li weġġgħet rasha u bħalissa tinsab rikoverata l-isptar tiġġieled bejn ħajja u mewt. 

Quddiem id-dar tal-familja Richard kienu bosta li poġġew bukketti ta’ fjuri bħala sinjal ta’ solidarjetà. 

Sadanittant, ġiet identifikata ukoll it-tieni vittma ta’ dan l-attakk.  Din hi Krystle Campbell ta’ 29 sena, gradwata mill-Università ta’ Massachusetts-Boston. Krystle kienet qiegħda ħdejn il-linja tat-tmiem flimkien ma’ ħabiba tagħha jistennew lil seħibhom jispiċċa l-maratona.