Martin Shultz mill-ġdid President tal-Parlament Ewropew

Is-soċjalist demokratiku Ġermaniż Martin Schulz reġa’ ġie elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew b’maġġoranza assoluta ta’ voti.
409 membru parlamentari minn 723 ivvutaw favur Shulz. 
Il-Ġermaniż, serva bħala President mill-2012 sa qabel l-elezzjoni ta' din is-sena.
Il-votazzjoni saret fl-ewwel laqgħa tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu minn meta kien hemm l-elezzjonijiet f’Mejju li għadda.
Ftit wara li tħabbar ir-riżultat, Shulz qal li l-Parlament Ewropew għandu lista twila ta’ affarijiet x’jattwa.
Fosthom hemm id-destin tal-immigranti li jaqsmu l-baħar Meditteran, il-kuriżi fl-Ukrajna u l-Iraq, ix-xogħol fil-pajjiżi membri u t-taħdidiet mal-Istati Uniti għall-kummerċ ħieles.