“Martin Schultz jifhem ir-realtà ta’ Malta” – Dr Joseph Muscat

Il-Prim Ministru qal li l-aħbar li s-Soċjalisti qed jappoġġjaw lil Martin Schultz għall-President tal-Kummissjoni hi aħbar tajba għall-Malta hekk kif, skont hu, dan jifhem ir-realtà ta’ Malta.
Dr Joseph Muscat ħabbar ukoll li l-eks Prim Ministru Taljan Enrico Letta se jiġi Malta nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa sabiex jipparteċipa f’konferenza tal-ekonomija.
Hekk kif matul dan ix-xahar se jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-proġett se jkun lest f’sena waħda u dan filwaqt li s-soltu f’sena waħda isir biss studju.
F’attività politika fil-Gżira, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta għamlet konvenju, li se jsir kuntratt, mat-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.
Hu qal li flimkien max-shareholders ‘China Power’ u ‘Shangai Electrics’, l-Gvern Malti dawwar il-viżjoni fil-qasam tal-enerġija permezz tal-LNG.
Il-Prim Ministru qal li kull min qed jingħata kuntratti ġodda mal-Gvern issa hemm obbligu li joħroġ il-payslips, bil-ħaddiema jirċievu l-pagi fil-bank.
Dr Muscat qal li l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li Malta se tkun l-aqwa pajjiż fl-Ewropa fil-ħolqien tax-xogħol, bir-raba’ l-anqas fil-qgħad.
Qal ukoll li Malta se jkollha tkabbar ekonomiku fost l-aqwa għaxar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.