Martin Galea, il-Malti maħtuf fil-Libja jinsab ħaj

Martin Galea, il-Malti ta' 40 sena, li nħataf mill-militanti Libjani jinsab ħaj. 
Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal li wara li kellu kuntatt ma' persuna jew persuni li ma jistgħux jiġu vverifikati indipendentement, jidher li Galea jinsab ħaj.  
Il-Gvern qal li l-kuntatti se jibqgħu għaddejjin fuq kull livell li jista' jkun ta' ġid. 
Appella għall-prudenza minn kulħadd f'dawn il-mumenti tant delikati.  
Jirriżulta li Martin Galea mill-Bidnija, li jaħdem mal-kumpanija tal-enerġija Nageco ilu maħtuf mis-17 ta’ Lulju, hekk kif kien qed jirritorna lejn ix-xogħol 'il barra minn Tripli.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkonferma din l-aħbar wara li xxandru rapporti fil-midja, għalkemm Galea kien ilu tmint ijiem maħtuf.