​Martial kuntent ma’ Manchester United

L-internazzjonali Franċiż ta’ Manchester United Anthony Martial xejjen kull spekulazzjoni li jista’ jingħaqad ma’ Arsenal hekk kif stqarr illi jinsab ferm għal qalbu f’Old Trafford.
Fuq rapport illi deher fil-gazzetta Manchester Evening News, Martial jinsab kburi illi kkontribwixxa sabiex ir-Red Devils għaddejjin minn mument maġiku f’dan l-istaġun.
Spekulazzjonijiet kienu qed jgħidu illi Arsenal lesti jixtru lil Martial wara illi l-attakkant tagħhom Alexis Sanchez ser iħalli lil Gunners.
Martial lagħab 62 partita bil-flokk aħmar tal-United u skorja 18-il gowl f’sentejn illi ilu magħhom.