​Martial jiffaċċja diversi għażliet fil-futur tiegħu

Waqt illi d-diriġenti ta’ Manchester United qegħdin jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt tal-attakkant Franċiż tagħhom Anthony Martial, żewġ timijiet Ewropej qegħdin ifittxu li jiksbu l-firma tiegħu. Dawn huma Real Madrid u Juventus illi qed jaraw fil-plejer ta’ 22 sena element importanti fid-dipartiment offensiv tagħhom għall-istaġun illi ġej.
Il-kuntratt tal-eks plejer ta’ Monaco jiskadi f’Ġunju li ġej u l-kowċ Jose Mourinho qed jipprova jipperswadi lill-plejer sabiex jibqa’ mal-klabb għax iqisu bħala fundamentali għalihom.
Martial ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2015 fejn lagħab 82 partita u skorja 24 gowl.