Martial jagħti biss 85% – Neville

Skont l-ex plejer ta’ Manchester United Gary Neville, l-iskorer tal-uniku gowl tar-Red Devils kontra Tottenham, Anthony Martial jagħti biss il-85% tiegħu u jħalli barra l-15% li fadal.
Dan stqarru f’intervista li kellu fuq l-istazzjoni televiżiv tal-klabb. Neville jemmen illi Martial irid ibiddel l-attitudni tiegħu sabiex jirnexxi aktar u jerġa’ jirbaħ postu fit-tim.
Neville jikkonkludi l-intervent tiegħu billi qal illi Martial irid jaħdem qatigħ sabiex jerġa’ jsib postu mat-tim nazzjonali Franċiż issa li ġejja t-Tazza tad-Dinja.
Il-plejer Franċiż ftit deher f’dawn l-ewwel xhur tal-istaġun u daħal bħala sostitut f’diversi drabi. Huwa spiċċa s-super sub nhar is-Sibt illi għadda meta fil-81 minuta avvanza tajjeb, daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għeleb lil goalkeeper ta’ Tottenham.