Marthese Portelli tirriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Fl-ittra tar-riżenja tagħha hija qalet li kull ma jmur l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet maħkuma minn nies u forzi li qed jinjoraw għal kollox il-ġid komuni. Spjegat li dawn jaraw biss il-konvenjenza politika tagħhom bl-obbligi u ħbiberiji personali. Stqarret li mhix lesta tifforma parti minn entità li ma turix rispett lejn il-poplu.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija esprima l-istess ħsieb ta’ Portelli u qal li qed tagħmel dan bl-appoġġ tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Dan wara li fl-aħħar jiem diversi għaqdiet u esponenti politiċi tkellmu b’mod negattiv dwar l-approvazzjoni tal-permess għal bini ta’ villa fl-għelieqi fil-Qala ‘l barra miż-żona tal-iżvilupp.

AQRA: Permess biex għorfa fil-Qala tinbidel f’villa

Il-Kunsill Lokali tal-Qala kien se jappella minn din id-deċiżjoni filwaqt li l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qalet li l-pajjiż reġa’ għamel pass lura dwar it-tibdil fil-klima wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat żvilupp fil-Qala.

AQRA l-ittra tar-riżenja ta’ Marthese Portelli: