Marta għaliex se tirreaġixxi ħażin?

Ritratt: Uffiċju stampa: Mediaset

Wara pawsa ta’ bosta ġimgħat mil-lum it-Tnejn Canale 5 se jkun qed ikompli bl-episodji l-ġodda tas-sensiela popolari Spanjola Il Segreto. Dan se jkun l-aħħar staġun mis-sensiela li fi Spanja ntemmet ftit tax-xhur ilu. Canale 5 se jkun qed ixandarha mit-Tejn sal-Ġimgħa fit-3.30pm.

Fl-episodju tal-lum Rose titlob lil Marta biex toqgħodilha bħala maid of honor fit-tieġ tagħha. Manuela ssaqsi kemm il-darba lil Carolina biex tagħtiha spjegazzjoni fejn tkun qed tmur bil-moħbi u meta ma tingħata l-ebda risposta tagħtiha kastig biex ma tħallihiex toħroġ aktar mill-villa.

Onesimo jħossu mbezza’ mill-irġiel Ġermaniżi li jaslu fi Puente Viejo u jkunu qed jistaqsu dwaru. Ikun hawn li hu jirrakkonta dak li għadda minnu fil-Ġermanja. Intant Mauricio jgħarraf lil Raimundo li l-Markiża tkun xtrat ħafna proprjetà mingħand Francisca.

Il-pjan terrpristiku ta’ Damian u Alicia ma jinżilx tajjeb ma’ Matias li jurihom biċ-ċar li jħassar kull proprosta li jagħmlulu. Marta tiltaqa’ ma’ Rosa u Adolfo. Iżda għaliex se tirreaġixxi ħażin meta jagħmlulha mistoqsija partikolari dwar missierha?

L-iskeda ta’ Canale 5 fil-ħin ta’ wara nofsinhar matul din il-ġimgħa:

1.40pm Beautiful

2.10pm Una Vita

2.45pm DayDreamer

3.30pm Il Segreto – puntati ġodda

4.30pm Film

6.45pm The Wall