Mart l-eks Ministru Mallia tikkontesta kont mediku fil-Qorti

Elena Codruta, mart l-eks Ministru għall-Intern Manuel Mallia qed tikkontesta fil-Qorti pagament li sar mill-bank wara li ntalbet tħallas €3,657 f’kont għall-kura medika f’Mater Dei.
Hija qed issostni li l-bank iddeċieda li jgħaddi l-fondi kontra l-volontà tagħha u li hi mhix il-persuna li l-isptar qed jitlob għall-ħlas.
Ippreżentat ukoll kopja tal-passaport bħala prova li hi mhix il-persuna li l-isptar Mater Dei qed ifittex biex iħallas il-kont għall-kura mediċa li ġiet ipprovduta f’Diċembru tal-2008.