Mart il-PM Spanjol instab li għandha l-coronavirus

Pedro-Sanchez-and-wife

Marti il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ittestjat fil-pożittiv għall-coronavirus, skont uffiċjali Spanjoli tard is-Sibt filgħaxija.

Dan qed jiġi irrappurtat f’diversi ġurnali internazzjonali u beda f’dawk Spanjoli. L-uffiċjali qalu li filwaqt li t-test li sar lil Begona Gomez ħareġ fil-pożittiv, is-saħħa tal-Prim Ministru u martu hija tajba.

Ilbieraħ Spanja qalet li se tpoġġi l-pajjiż kollu taħt lockdown wara li n-numru ta’ każi misjuba fil-pajjiż qabeż is-6,000 persuna.

COVID-19, il-coronavirus li tfaċċa f’Wuhan fiċ-Ċina f’Diċembru li għadda issa nfirex għal 123 pajjiż u territorju.

Meat wieħed iħares lejn il-figuri globali, bħalissa hekk 156,798 każ li ġew ikkonfermati. 75,937 persuna minnhom irkupraw filwaqt li hawn 75,022 każ kurrenti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn